Illum, għall-ħabta tat-3:15 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fit-Telgħa ta’ Selmun, il-Mellieħa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Hyundai Tucson misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti Marsaskala u Volkswagen Golf misjuqa minn raġel ta’ 61 sena residenti l-Mellieħa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L- investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.