Monday, November 4, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fl-Aħrax tal-Mellieħa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 62 sena residenti l-Gżira, għall-ħabta tan-12.30pm, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fl-inħawi magħrufa bħala l-Aħrax limiti tal-Mellieħa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Hyundai I10 misjuqa minn Olandiż ta’ 30 sena, u mutur Honda misjuq mill-vittma.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport