Friday, September 13, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara li intlaqat minn tractor fiż-Żebbuġ Għawdex

Aqra wkoll

Raġel ta’ 45 sena residenti ix-Xagħra Għawdex qed isofri minn ġriei gravi, wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:30 a.m, kien involut f’inċident f’għalqa li tinsab fil-limiti ta’ Marsalforn, f’Ħaż- Żebbuġ Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vittma intlaqat minn tractor waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-għalqa.

Huwa ttieħed l-Isptar Ġeneral ta’ Għawdex għall-kura medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport