Ilbieraħ għall-ħabta tal-5:30 p.m., raġel ta’ 27 sena li jgħix San Pawl il-Baħar, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident fi Triq it-Turisti, San
Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Renault Megane misjuqa minn raġel ta’ 70 sena residenti l-Belt u Audi S5 misjuqa mirraġel ta’ 27 sena.
B’konsegwenza ta’ dan l-inċident, tliet vetturi oħra li kienu pparkjati sofrew
xi ħsarat. Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.



