Friday, November 22, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Furjana

Aqra wkoll

Raġel ta’ 45 sena residenti Ħal Qormi qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li għall-ħabta ta’ nofsillejl kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Nazzjonali fil-Furjana.

Minn stħarriġ illi sar rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Renault Megane misjuqa mill-vittma u karozza Ford Focus misjuq minn raġel ta’ 39 sena minn Ħal Balzan.

Il-vittma ingħata l-għajnuna minn tim mediku li mar fuq il-post. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport