Sunday, December 22, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li lbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-6:15 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq tas-Sliema fil-Gżira

Minn stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Hyundai I20 misjuqa minn Indjan ta’ 29 sena u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti ż-Żurrieq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna liż-żewġ sewwieqa u s-sewwieq tat-Toyota ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport