Saturday, January 10, 2026

Raġel bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mosta

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:15 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl tal-Qliegħa, il-Mosta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Volvo XC 40 misjuqa minn raġel ta’ 57 sena residenti l-Imtarfa u Opel Astra misjuqa minn raġel ta’ 60 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet iż-żewġt irġiel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, ir-raġel ta’ 60 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-ieħor ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport