Sunday, November 24, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Santa Venera

Aqra wkoll

Raġel ta’ 68 sena residenti Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li aktar k ieni għall-ħabta tal-11:30 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Trqi il-Ferrovija f’Santa Venera.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Vauxhall Insigna misjuqa minn raġel ta’ 53 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u Kia Picanto misjuqa mill-vittma. Vettura li kienet ipparkjata, tal-għamla Mazda ġarrbet xi ħsarat waqt l-inċident.

Is-sewwieq ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei
b’ambulanza għal aktar kura medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport