Thursday, October 23, 2025

Raġel bi ġrieħi gravi wara li kien qed jaħdem bi grinder f’San Lawrenz Għawdex

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tad-9:15 a.m., , il-Pulizija ġiet infurmata li kien
hemm bżonn l-assistenza f’sit ta’ kostruzzjoni f’Daħlet Pawluzzu, San Lawrenz, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mill-Ghana ta’ 36 sena, kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jaħdem bi grinder.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post taxXogħol għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport