Raġel ta’ 38 sena residenti Ħaż=Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li aktar kmieni, għall-ħabta tal-4:30 p.m, kien involut f’inċident ġewwa maħżen f’Xatt il-Mollijiet, il-Marsa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vitma kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jaħdem bi grinder.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.