Raġel mis-Sirja residenti l-Ħamrun qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:00 p.m kien involut f’inċident fi Triq Manwel Dimech f’Ħal Qormi.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li r-raġel intlaqat minn karozza tat-tip Nissan Micra li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 26 sena residenti l-Ħamrun ukoll.
Tim mediku ta l-assistenza meħtieġa lill-vittma sakemm ittieħed l-IsptarMater Dei permezz ta’ ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.