Raġel bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Raġel ta’ 68 sena resident Raħal Ġdid qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7:00 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Palma, Raħal Ġdid.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li r-raġel intlaqat minn Renault Clio li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 44 sena, ukoll residenti Raħal Ġdid.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport