Sunday, October 5, 2025

Raġel bi ġrieħi gravi wara li seħħ argument fil-Marsa

Aqra wkoll

Kmieni s-Sibt, għall-ħabta tas-1.30am, seħħ argument biswit ħanut fi Triq Balbi, l-Marsa bejn żewġt irġiel mill-Eritrea ta’ 22 sena u 25 sena rispettivament. 

Waqt l-argument allegatament intużat arma li taqta u bil-ponta b’konsegwenza li r-raġel ta’ 22 sena u raġel ieħor mill-Eritrea ta’ 32 sena li prova jwaqqaf l-argument ġarrbu xi ġrieħi. Tim mediku kien imsejjaħ fuq il-post u assista liż-żewġ persuni fejn ftit tal-ħin wara ttieħdu permezz t’ambulanza lejn l-isptar Mater Dei. 

Aktar tard, ir-raġel ta’ 22 sena kien ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel ta’ 32 sena ġarrab ġrieħi ħfief. Ir-raġel ta’ 25 sena qed jinżamm mill-Pulizija sabiex jassisti fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Dr Joseph Gatt LL.D. fil-ħin li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport