Sunday, December 29, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-vann u baqa’ dieħel ġo parapett f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel ta’ 47 sena residenti Wied il-Għajn qed isofri minn ġrieħi gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:30 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Raddet ir-Roti, f’San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ li sar irriżulta li l-vittma kien qiegħed isuq vann Mercedes, tilef il-kontroll u baqa’ dieħel ġo parapett ta’ residenza.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport