Sunday, November 24, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-vann u kellu impatt ma’ siġra fin-Naxxar

Aqra wkoll

Raġel ta’ 28 sena residenti San Ġiljan qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, wara li għall-ħabta tal-11:15 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq is-Salini fin-Naxxar.

Minn stħarriġ li sar irriżulta li l-vittma tilef il-kontroll tal-vann tat-tip Isuzu Forward li kien qed isuq u kellu impatt ma’ siġra.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Raġel l-Isptar wara li tilef il-kontroll tal-vann u baqa’ dieħel f’siġra fin-Naxxar

Raġel jinsab l-Isptar sabiex jieħu l-kura meħtieġa, wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:15 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq is-Salina fin-Naxxar.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li s-sewwieq tal-vann tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’siġra li tinsab fil-ġenb tat-triq. Fuq il-post issejjħu uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ikun jista’ jinħareġ is-sewwieq maqbud.

Fuq il-post issejjaħ ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei li taw l-assistenza lis-sewwieq fuq il-post, sakem ittieħed l-Isptar permezz ta’ ambulanza

Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa.

Sport