Raġel ta’ 43 sena sofra ġrieħi gravi wara li weġġa’ fit-trakka ta’ Ħal Far f’Birżebbuġa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.00pm meta r-raġel ta’ 43 sena residenti l-Gżira tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’.
Fuq il-post mar tim mediku u ambulanza li ħadu lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn hemm ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.