Wednesday, January 22, 2025

Raġel bi ġrieħi gravi wara li waqà sular għoli waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ tibjid fin-Naxxar

Aqra wkoll

Raġel ta’ 39 sena residenti Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li akar kmieni għall-ħabta tal-11:45 a.m, kien involut f’inċident fi Triq Burmarrad fin-Naxxar

Mill-investigazzjonijiet illi saru jidher illi r-raġel waqà madwar sular għoli
waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ tibjid. Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post taxXogħol għadhom għaddejjin.

Sport