Monday, November 11, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara waqgħa f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, għall-ħabta 12.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.

Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li Indjan ta’ 25 sena, waqgħa minn għoli ta’ madwar tliet sulari mill-gallarija tar-residenza tiegħu, u ġie f’xaft.

Tim mediku flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili taw l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard hu kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport