Raġel ta’ 59 sena residenti l-Gżira, għal xi 1:00 a.m., ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassallo, il-Gżira.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq Toyota Vitz, tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ barikati tal-ħadid.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.


