Monday, June 30, 2025

Raġel bi ġrieħi ħfief wara li nqaleb bil-karozza l-Imġarr

Aqra wkoll

Raġel ta’ 55 sena residenti Ħaż-Żebbugqed isofri minn ġrieħi ħfief.  Dan wara li lbieraħ  inqaleb bil-karozza fil-Bypass tal-Imġarr.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:00 p.m., ta’ lbieraħ filgħaxija fi Triq l-Imġarr. Il-karozza tneħħiet mill-ewwel minn fuq il-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport