Saturday, November 9, 2024

Raġel bi ġrieħi serji f’inċident f’Għawdex

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-2:45 p.m kien involut f’inċident li seħħ f’Wied Sara, fl-Għasri.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel kien weġġa’ għax intlaqat minn biċċa njama li taret minn magna li kien qed jaħdem biha f’garaxx.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura meħtieġa. Hu kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, Dr Simone Grech, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Sport