Raġel ndarab wara li lbieraħ għall-ħabta tas-9:00 p.m kien involut f’argument fi Triq il-Kanun f’Ħal Qormi.
Ir-raġel ta’ 45 sena daħal mimli demm u talab għall-assistenza tal-Pulizija. Minnufih issejħet ambulanza biex ir-raġek seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei filwaqt li l-Pulizija rrikoriet fir-residenza fi Triq il-Kanun, Ħal Qormi, fejn seħħ l-argument.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn sabu l-persuna l-oħra li kienet involuta fl-argument. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mill-Ghana ta’ 36 sena residenti Ħal Qormi, weġġa’ lil vittma b’oġġett bil-ponta u li jaqta’ waqt l-argument.
Ir-raġel ta’ 36 sena ttieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Floriana għal aktar stħarriġ.
Aktar tard ir-raġel ta’ 45 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li r-raġel ta’ 36 sena sofra minn xi ġrieħi ħfief.
Dwar dan il-każ, se tinħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.