Saturday, November 23, 2024

FILMAT: Raġel bi ġrieħi serji wara argument f’San Pawl il-Baħar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

YouTube video

Raġel qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-11:30 p.m kien involut f’argument li seħħ fi Triq il-Ħġejjeġ San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post, fejn sabu persuna mal-art fir-residenza tagħha. Immedjatament intalbet l-assistenza ta’ tim mediku li ħadet lill-raġel lejn l-Isptar Mater Dei.

Minn stħarriġ tal-Pulizija jidher li l-argument kien bejn ir-raġel li ndarab, raġel ta’ 31 sena residenti l-Imġarr u raġel ieħor li l-identita’ tiegħu għadha mhux magħrufa.

Kien dan tal-aħħar li allegatament ta’ daqqiet lil dak li spiċċa midrub fl-art bi strument bil-ponta, biż-żewġt irġiel jaħarbu minn fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea li ħatret Inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bit-tfittxijiet għall-aggressur

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport