Saturday, October 26, 2024

Raġel bi ġrieħi serji wara inċident fuq żurżieqa f’tellieqa f’Għajn Tuffieħa

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ serjament wara li lbieraħ kien qiegħed jagħmel attività sportiva li saret fl-inħawi ta’ Triq in-Naħħalija f’Għajn Tuffieħa limiti tal-Mellieħa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 30 sena residenti l-Gżira kien sofra xi ġrieħi fl-aħħar parti tat-tellieqa waqt li kien nieżel minn żurżieqa.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei minn membri tal-Malta Red Cross li kienu fuq il-post waqt l-attività. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea ġiet infurmata u ħatret inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

Sport