Sunday, November 24, 2024

Raġel bil-vizzju tad-droga jintbagħat sentejn ħabs wara li seraq ram minn fabbrika

Aqra wkoll

Anthony Cutajar ta’ 51 sena mill-Fgura kien ikkundannat 24 xahar ħabs wara li ammetta li bejn Mejju u Ġunju seraq ram minn ġo fabbrika f’Bulebel. Huwa qal ukoll li seraq minħabba li għandu l-vizzju tad-droga.

Qabel ġie biex jagħti s-sentenza, il-Maġistrat Noel Bartolo ikkunsidra li r-raġel iddispjaċih u talab maħfra għal dak li għamel. Is-social worker li qed tieħu ħsieb lil Anthony Cutajar qalet ukoll li hemm il-bżonn li r-raġel ikun f’ambjent ristrett u kontrollat sabiex jegħleb il-vizzju tad-droga.

Huwa ġie kkundannat 24 xahar ħabs u apparti dan, il-Maġistrat ħareġ ordni ta’ trattament għal sentejn sabiex minnufih jingħata l-għajnuna kollha neċessarja sabiex jegħleb il-vizzju tad-droga.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Mario Xiberras u Jeffrey Scicluna.

Sport