Tuesday, January 6, 2026

Raġel bla saqaf fuq rasu mixli li hedded ħames uffiċjali tal-Pulizija

Aqra wkoll

Abdullahi Sohdal, Libjan ta’ 29 sena tressaq il-Qorti b’arrest fejn ġie mixli li nhar il-Ħadd li għadda hedded żewġ Surġenti u tliet Kuntistabbli tal-pulizija. Il-Libjan fil-Qorti qal li m’għandux xogħol u lanqas saqaf fuq rasu. Qal ukoll li ma jistax jifhem għaliex tressaq il-Qorti.

Hu ġie mixli ukoll li ma obdiex ordnijiet tal-pulizija, li ma kellux il-mezzi biex issostni lilu nniffsu, li kien qed jgħix ħajja ta’ vagabondaġġ, kif ukoll li kien qed iterraq fil-Marsa mingħajr raġuni ċara. 

L-Ispettur tal-Pulizija Ian Vella spjega quddiem il-QOrti li l-uffiċjali kienu qed jagħmlu patrol fil-Marsa meta nnutaw lill-akkużat.

Hekk kif resqu lejh, talbuh id-dettalji tiegħu biex jiġi mmultat għat-tlajjar, iżda l-imputat irrifjuta li jgħaddi din l-informazzjoni. Hu ġie arrestat u ttieħed l-Għassa tal-Pulizija. Hemm hu kompla jilmenta dwar l-arrest tiegħu u kien hawn li beda jinsulenta u jhedded lill-Pulizija.

L-imputat talab li jitkellem quddiem il-Maġistrat Giannella Camilleri Busuttil fejn qal li “jien ninsab hawn għal xejn. Sabuni ġewwa gazebo. Ma nistax nifhem għaliex jien hawn.”

Għall-ewwel hu ammetta l-akkużi kontrih, iżda wara li l-Qorti semgħet dak li kellu xi jgħid m’aċċettax l-ammissjoni tiegħu u baqa’ jinżamm taħt arrest. 

L-Ispettur tal-Pulizija Ian Vella mexxa l-prosekuzzjoni, filwaqt li l-avukat tal-għajnuna legali Ingrid Zammit Young assistit lil Libjan.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport