Wednesday, December 3, 2025

Raġel bla saqaf ikkundannat 14-il xahar ħabs wara li seraq scooter minn Ħal Qormi

Aqra wkoll

Amer Enir Elssaeh ta’ 36 sena kien ikkundannat 14-il xahar ħabs wara li ammetta quddiem il-Qorti li seraq scooter tal-elettriku minn Ħal Qormi f’Awwissu li għadda.

 Kien fit-22 ta’ Awwissu li għadda meta sid l-iscooter ressaq rapport li kien ipparkja fi Triq Ġużè Duca f’Ħal Qormi u daħlet għax-xogħol. Kien irraporta li meta ħareġ lura l-l-iscooter ma sabiex.

Il-Pulizija kienu raw filmati tas-sigurtà u fihom deher raġel liebes kappell iswed, qmis sewda u bajda u shorts skur, jaqta’ l-qafla tal-iscooter bi tnalja. 

L-għada l-istess persuna deher fl-istess inħawi u persuni li għarfuh mill-filmati żammewh sakemm waslu l-pulizija.

Hu kien ittieħed l-Għassa tal-Pulizija fejn ġie mitkellem dwar dak li kien allegatament wettaq. Jirriżulta li l-imputat hu Libjan u kien ġie Malta tmien snin ilu. Intqal li għandu problema tad-droga, u la għadu xogħol u lanqas saqaf fuq rasu.

Xi żmien ilu hu kien għamel xi perdjou l-ħabs, fejn kien taħt Ordni ta’ Trattament u kien qed jegħleb il-vizzju, iżda meta ħareġ mill-ħabs reġa’ waqa’ fl-istess stil ta’ ħajja.

Il-Maġistrat Leonard Caruana qal li l-imputat għandu bżonn  għajnuna multi dixxiplinarja u” jeħtieġ jinżamm f’post sigur u kkonfinat biex jieħu ftit togħma ta’ stabbiltà fil-ħajja tiegħu.”

Huwa ġie kkundannat piena ta’ ħabs effettiva u tpoġġa taħt Ordni ta’ Trattament għal tliet snin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport