Friday, November 22, 2024

Raġel fi Florida joqtol 3 persuni b’motiv razzist

Aqra wkoll

F’Jacksonville Florida fl-Istati Uniti raġel armat qatel tliet persuni b’kulur tal-ġilda iswed. Dak li wettaq dan il-raġel li għandhu kulur tal-ġilda bajda qed jitqies bħala attakk b’mottiv razzista. Wara li qatel lil dawn il-persuni, hu qatel lilu nnifsu.

Skont rapporti fil-midja internazzjonali, ir-raġel li għandu madwar 20 sena daħal f’ħanut u beda jispara bl-addoċċ. Hu kien liebes ilbies protettiv biex jipproteġi lilu nnifsu mill-uffiċjali tal-pulizija. Qabel ma telaq mill-ħanut ħalla warah manifesti razzisti.

L-investigaturi qalu li l-aggressur uża żewġ pistoli waħda semi-awtomatika u pistola ‘normal’. Fuq waħda mill-pistoli kellu swastika mpiġija fuqha.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li r-raġel wettaq dan l-attakk waħdu u mhux f’isem xi għaqda.

Ir-raġel kien jgħix fl-istess żoni fejn wettaq l-attakk u kien għadu jgħix mal-ġenituri tiegħu.

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden ġie nformat b’dan l-attakk filwaqt li ordna li ssir investigazzjoni dwar kif dan ir-raġel minkejja li kien jikteb messaġġi rassisti fuq il-midja soċjali qatt u ħadd ma ħa passi kontrih.

Sport