Raġel ta’ 39 sena residenti San Ġwann, għal xi t-tlieta ta’ filgħodu (0300hrs), ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Balal, San Ġwann.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq Volkswagen Polo, tilef il-kontroll b’konsegwenza li ħabat ma’ vettura oħra li kienet ipparkjata.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

