Thursday, June 19, 2025

Raġel fil-periklu tal-mewt f’inċident fil-kamra tan-nar ta’ Lourdes fil-Qrendi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 48 sena jinsab l-isptar għall-kura wara li sofra xi ħruħ f’ġismu waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol relatat mal-manifattura tal-logħob tan-nar fil-kamra ta’ Lourdes fil-Qrendi

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00pm f’kamra tan-nar fi Triq taż-Żellieqa, l-Qrendi.

Ir-raġel, li joqgħod il-Qrendi stess, ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonnici LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet rigward il-każ għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport