Sunday, August 3, 2025

Raġel fil-periklu tal-mewt u mara bi ġrieħi gravi wara inċident bil-muturi fi Triq Tal-Barrani

Aqra wkoll

Dalgħodu, għall-ħabta tat-8:15 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 66 sena residenti Ħaż-Żabbar u mutur Kawazaki misjuq minn mara ta’ 30 sena u tgħix Marsaxlokk. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku, u ambulanza ħadet liż-żewġ sewwieqa l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji filwaqt li lmara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport