Ilbieraħ, għal xi s-sebgħa u kwart ta’ filgħaxija (1915hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Sir Anthony Mamo, Birkirkara.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura Volkswagen Golf misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti l-Imqabba, u vettura Peugeot 208 misjuqa minn Franċiż ta’ 25 sena residenti l-Mellieħa.
Fil-Peugeot kien hemm ukoll erba’ passiġġieri minn Franza residenti l-Mellieħa wkoll: tlett irġiel (ta’ 27, 25 u 21 sena) u tfajla ta’ 19-il sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanzi ħadu l-mara ta’ 30 sena u ż-żewġ passiġġiera ta’ (raġel ta’ 25 sena u tfajla ta’ 19-il sena) l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament, it-tfajla ta’ ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi, filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Gatt ġie infurmat u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.