Sunday, December 21, 2025

Raġel fil-periklu tal-mewt u tnejn oħra bi grieħi gravi wara li ttajru quddiem il-Maxtura f’Għawdex

Aqra wkoll

Raġel ta’ madwar 30 sena, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tat-2.45am ittajjar quddiem il-Maxtura li tinsab fi Triq ta’ Marsalforn. Miegħu kien hemm żewġ persuni oħra. Tnejn minn dawk li ttajru huma Maltin u filwaqt li l-oħra hija Għawdxija.

Informazzjoni li għandu dan is-sit jirriżulta li dal-lejl fl-istabbiliment tal-Maxtura kien hemm party li għalih kienu qegħdin jattendu anke numru kbir ta’ studenti tas-6th Form.

Jirriżulta li waqt it-tmien ta’ dan l-istess party hekk kif kien hemm numru kbir ta’ persuni fuq barra tal-istabbiliment, sewwieq ta’ karozza tajjar 3 persuni. Informazzjoni li għandu dan is-sit tgħid li s-sewwieq hu ta’ nazzjonalità barranija, iżda għandu l-familja kollha tgħix Għawdex.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanzi li ħadu lit-tliet persuni l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport