Sunday, September 14, 2025

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ħabat ġo arblu f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Raġel ta’ 54 sena residenti l-Marsa ġarrab ġrieħi serji wara li lbieraħ għall-ħabta tad-9:00 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Perit Dom Mintoff, Raħal Ġdid. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni s-sewwieq li kien qed isuq Honda Fit tilef ilkontroll u ħabat ġo arblu. Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. 

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D. ġiet infurmata u ħatret inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport