Raġel ta’ 48 sena weġġa’ f’inċident li seħħ għall-ħabta tas-7:00 a.m., f’barriera fi Triq Ħ’Attard, Ħ’Attard.
Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li seħħet ħabta bejn trakk DAF misjuq minn raġel ta’ 36 sena residenti l-Imsida u forklifter misjuq mill-vittma.
Tim mediku issejjaħ fuq il-post u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post taxXogħol għadhom għaddejjin.

