Monday, May 13, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb bil-quad bike fix-Xewkija

Aqra wkoll

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li r-raġel ta’ 25 sena li aktar kmieni llum kien involut f’inċident bil-quad bike jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Ġuvni jweġġa’ gravi wara li nqaleb bil-quad bike fix-Xewkija

Ġuvni ta’ 25 sena mix-Xewkija Għawdex weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-2.10pm kien involut f’inċident fix-Xewkija stess.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-ġuvni kien qiegħed isuq quad bike fejn għal xi raġuni nqaleb. L-inċident seħħ fi Triq il-Kav. Lorenzo Zammit Haber.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li wara li tawh l-ewwel għajnuna ttieħed l-isptar għal aktar kura.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Sport