Wednesday, September 17, 2025

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Raġel ta’ 52 sena miż-Żurrieq јinsab fil-periklu tal-mewt. Dan wara li lbieraħ ntlaqat minn karozza f’parkeġġ f’Ħaż-Żabbar.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11.30pm f’parkeġġ fi Triq il-Mina ta’ Hompesch, Ħaż-Żabbar.

Minn stħarriġ illi sar, jirriżulta li l-vittma ntlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti l-Kalkara.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Philip Galea Farrugia li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport