Saturday, December 14, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li seħħet splużjoni f’każin f’Ħal Balzan

Aqra wkoll

Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-9.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet splużjoni ġewwa każin fi Triq il-Kbira, Ħal Balzan.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 43 sena residenti Ħal Balzan stess, weġġa’ wara li kien ħa xi splussiv pirotekniku.

Fuq il-post issejħu tim mediku, membri tal-Protezzjoni Ċivili u membri tal-Explosive Ordnance Disposal (EOD) sabiex jiġi żgurat li jitneħħa kull periklu li seta’ kien hemm u tingħata l-assistenza medika lir-raġel. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport