Friday, October 10, 2025

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li sofra minn ħruq waqt li kien qed јagħmel xi xogħol

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 sena residenti s-Siġġiewi јinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofra minn ħruq waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija qalet li kienu għal ħabta tal-12:00 p.m., x’ħin ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa propjetà fi Triq San Franġisk.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel weġġa’ waqt li kien qed jaħdem bi blow lamp waqt xogħol ta’ manutenzjoni.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport