Wednesday, July 24, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li spiċċa maqbud bejn żewġ trailers f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Raġel ta’ 30 sena residenti Bormla jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-2:30 p.m kien involut f’inċident fi Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir f’Raħal Ġdid

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel spiċċa maqbud bejn żewġ trailers.

Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport