Kien għall-ħabta tad-9.15pm meta l-Pulizija ġew informati li kienet seħħet splużżjoni fuq dgħajsa fil-marina li hemm fl-Imġarr Għawdex.
S’issa kollox qiegħed jindika li fuq id-dgħajsa sploda xi ċilindru. Konsegwenza ta’ dan raġel ta’ 41 sena mit-Tajlandja spiċċa sofra ħruq konsiderevoli f’ġismu.
Hu daħħal l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn mill-ewwel ittieħed b’ħelikopter lejn Mater Dei. Hu ġie ċċertifikat li qiegħed fil-periklu tal-mewt.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Simone Grech filwaqt li l-Pulizija qegħdin ikomplu jinvestigaw.