Illum, għal xit-3:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq it-Torri, Kerċem, Għawdex.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 55 sena, tilef il-bilanċ u waqa’ madwar sular ġol-ġnien tar-residenza fejn jgħix.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex u ambulanza ħadet il-vittma lisptar sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar kmieni: Raġel iweġġa’ wara li waqa’ fi ġnien f’Kerċem
Raġel ta’ madwar 55 sena sofra xi ġrieħi wara li waqa’ hekk kien kien qiegħed jagħmel xi xogħol fi ġnien f’Kerċem Għawdex. Hu waqa’ madwar sular hekk kif mar jagħlaq bieb u l-pum tal-istess bieb inqala’ bil-konsegwenza li r-raġel waqa’ għal isfel.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel, u wara li ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.