Raġel јinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fuq il-blat f’Tas-Slema.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-7: 00p. m, ħdejn Qui-Si-Sana.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.
Sa issa l-identità tar-raġel għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.