Raġel sofra ġrieħi serji wara li għall-ħabta tas-2:30 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq it-Turisti f’San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ illi sar minn fuq il-post irriżulta li raġel ta’ 57 sena kien waqa’ madwar metru u nofs għoli minn gallarija.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.