Thursday, March 26, 2026

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-4:30 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien
hemm bżonn l-assistenza f’residenza fi Triq il-Mina tax-Xatt, l-Isla.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel ta’ 52 sena residenti l-Fgura waqa’ minn għoli.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post taxXogħol għadhom għaddejjin. Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D, qed tmexxi inkjesta

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport