Raġel ta’ 61 sena residenti l-Imqabba jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn madwar sular għoli waqt li kien fuq sellum f’bitħa ta’ residenza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 a.m., fi Triq Santa Mansweta, Ħal Lija. Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post taxXogħol u mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għadhom għaddejjin.