Sunday, November 24, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li x’aktar bela’ gassijiet tossiċi f’għalqa f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li għall-ħabta tal-11:15 a.m kien involut f’inċident f’għalqa fl-inħawi magħrufa bħala tal-Ħofra fil-limiti ta’ Ħ’Attard..

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel – li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa – spiċċa mitluf minn sensih wara li x’aktarx bela’ xi gassijiet tossiċi waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet fil-bir. 

Fil-post issejħu minnufih tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assistew lir-raġel sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

għadhom għaddejjin.

Sport