Sunday, November 24, 2024

Raġel fl-Istati Uniti joqtol lil eks mara u ħames persuni oħrajn

Aqra wkoll

Raġel armat bi 3 armi tan-nar qatel lil eks mara tiegħu u ħemes persuni oħrajn. Dan il-każ seħħ matul is-sigħat li għaddew f’villaġġ żgħir fl-istat ta’ Mississippi fl-Istati Uniti.

Il-vittmi nstabu f’postijiet differenti fil-villaġġ li fih hemm jgħixu madwar 300 persuna. Fost l-oħrajn waħda mill-vittmi nstabet f’ħanut u oħrajn instabu fi djar differenti.

Għalkemm l-investigazzjoni għada għaddejja, jidher li l-persuna li wettaq dan ir-reat hu raġel ta’ 52 sena u dak li wettaq, wettqu f’ismu u mhux f’isem organizzazzjoni terroristika.

Jirriżulta li r-raġel daħal f’ħanut ta’ pompa tal-petrol u hem qatel wieħed. Imbgħad saq lejn dar fil-qrib fejn hemm qatel lil eks mara tiegħu.

Minn hemm mexa lejn residenza oħra fejn qatel raġel. Waqt li kien qed isuq qatel persuna li kienet f’karozza oħra u oħra li kienet mixja lejn id-dar.

Sport