Saturday, December 27, 2025

Raġel ħati ta’ vjolenza domestika se jiġi estradit lejn pajjiżu

Aqra wkoll

Raġel ta’ 36 sena b’ċittadinanza Kolombjana, residenti l-Gżira ġie mixli quddiem il-Qorti li hedded lis-sieħba tiegħu. L-imputat li ilu jgħix f’Malta għal din l-aħħar sena qal li bħalissa jinsab bla impjieg.

Mill-ewwel l-imputat wieġeb ħati tal-akkużi kontrih.

L-Ispettur Chrstian Cauchi spjega fil-Qorti li nhar il-Milied kien daħal rapport li kien hemm mara imsakkra f’kamritha u ma riditx toħroġ minn hemm minħabba li tibża’ mis-sieħeb tagħha.

Il-Prosekuzzjoni qalet li kien hemm diversi okkazjonijiet fejn sar theddid fuq il-vittma u kien hemm każ li l-imputat kien qiegħed jitkellem ma’ sieħbu fejn qallu li hu kien lest li jweġġa’ lis-sieħba u anke lil bintha.

Intqal li kien hemm okazzjoni li talabha ssajjrlu u għax talbitu biex imur jixtri beda jheddidha. Meta l-ħaddiema soċjali għamlu assessjar fuq il-vittma, dan irriżulta li kienet tinsab f’riskju estrem.

Il-Prosekuzzjoni talbet lill-Qorti biex minbarra s-sentenza hu jntbagħat lura lejn pajjiżu.

Il-Qorti wara li semgħet l-ammissjoni tar-raġel ikkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin kif ukoll li għandu jiġi estradit lejn pajjiżu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport