Thursday, November 13, 2025

Raġel ikkundannat 14-il sena ħabs talli pprova joqtol ieħor b’sikkina fil-Marsa

Aqra wkoll

Moubarak Mohamed Adam Altayeb, Sudaniż ta’ 50 sena ġie kkundannat 14-il sena ħabs wara li ammetta li pprova joqtol lil Hassan Smaila Mohammed li hu Niġerjan.

Il-każ kien seħħ fis-27 ta’ Ottubru tal-2021 fi Triq is-Salib tal-Marsa.

L-imputat kellu jgħaddi ġuri dwar l-attentat ta’ qtil ta’  Hassan Smaila Mohammed, iżda minflok għażel li jammetti. Fost l-oħrajn hu ammetta wkoll li kiser il-paċi pubblika u anke li kien qiegħed iġorr sikkina.

Meta ġie arrestat u mitkellem mill-Puliziija, l-imputat ammetta kemm-il darba li f’moħħu kellu li joqtol lil Hassan Smaila Mohammed.

Il-Prosekuzzjoni qalet li meta l-pulizija staqsewh għal liema raġuni ried joqtlu beda jsir frustrat għax ħass li ma kinux qed jifhmuh.

Minbarra l-14-il sena ħabs l-Imħallef Natasha Galea Sciberras ordnatlu jħallas €2,537 fi spejjeż tal-espeti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport